Il-White House bi pjani biex tibgħat 120,000 suldat fil-Lvant Nofsani … Tkompli tikber it-tensjoni fir-reġjun

    Il-White House qed tanalizza pjan biex tibgħat sa 120,000 suldat fil-Lvant Nofsani jekk l-Iran iżid l-isforzi nukleari tiegħu jew jattakka impostazzjonijiet ta’ interess Amerikan.

    Il-pjan, li jaf jieħu ġimgħat jew xhur biex jiġi attwat u li jqarreb l-iskala tal-invażjoni Amerikana tal-Iraq fl-2003, kien ippreżentat nhar il-Ħamis li għadda waqt laqgħa tal-kapijiet għad-difiża.

    Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani hija waħda kkaratterizzata minn tensjoni, hekk kif kollox qed jindika li l-ftehim nukleari li hemm fis-seħħ bejn il-qawwiet dinjin u l-Iran se jkun qed jisfaxxa.

    Matul il-ġimgħa li għaddiet l-Istati Uniti bagħtet qawwiet tagħha, fosthom aircraft carrier, fil-Lvant Nofsani wara li l-Iran ħabbar li se jkun qed jissospendi wħud mill-obbligi tiegħu fil-konfront tal-ftehim nukleari li daħal fis-seħħ fl-2015.

    Intant l-Arabja Sawdita nhar il-Ħadd li għadda qalet li tnejn mit-tankers taż-żejt tagħha li kienu diretti lejn l-Istati Uniti sfaw vittma ta’ sabutaġġ ’il barra mill-kosta tal-Emirati Għarab.