Bintu kkonvinċietu jieħu l-irwol ta' Pikachu

    L-attur Ryan Reynolds jidher li sab pressjoni mit-tifla tiegħu, li għandha erba' snin, u kkonvinċietu biex isellef il-vuċi tiegħu għall-film Detective Pikachu. Dan wara li hi uriet interess qawwi u ħadet pjaċir tisma' ir-repetizzjoni tal-vuċi għal ħafna drabi. Din kienet xi ħaġa li bis-saħħa tagħha missierha fehem li r-repetizzjoni ta' xi ħaġa jaf toħloq interess akbar fl-udjenza. L-attur qal li għandu kurżità kbira biex jara x'se tkun ir-reazzjoni ta' binthom Inez li għad għandha biss sentejn.

    L-attur ta’ 42 sena se jkun il-vuċi ta’ dan il-karattru maħbub ta’ Pokémon u d-direttur tal-film Robert Letterman qal li kienet it-tifla ta’ Reynolds, James, li kkonvinċietu biex jieħu dan l-irwol. Jieħdu sehem f’dan il-film ma’ Reynolds hemm Suki Waterhouse, Ken Watanabe, Kathryn Newton and Rita Ora.

    Id-direttur qal li huwa jinsab kuntent ħafna bil-film u dan se jkun tajjeb kemm għall-ġenerazzjoni “l-antika” u anke għall-fanatiċi l-ġodda.