Joqtol lil ommu u jħalliha f'għadira demm biex jisirqilha l-credit card u jkun jista' jixtri l-kokaina

    Raġel Brażiljan ammetta li qatel lil ommu wara li din irrifjutat li tagħtih flus biex imur jixtri d-droga.

    Victor Sanchez, ta’ 32 sena, qal lill-pulizija ta’ Sao Joao da Boa Vista li qatel lil ommu Lucia Elisa Sanchez, ta’ 51 sena, billi taha daqqiet vjolenti b’vażett u wara saħansitra taha mill-inqas 50 daqqa ta’ sikkina u ħalliha f’għadira demm.

    Huwa ammetta mal-Pulizija li huwa spiċċa f’dagħdigħa demm wara li ommu rrifjutat li ssellfu l-credit card tagħha biex ikun jista’ jiġbed il-flus biex imur jixtri d-droga kokaina.

    Il-Pulizija qalu li r-raġel prova anke “jnaddaf” ix-xena tad-delitt, u ħa l-credit card ta’ ommu mill-kartiera tagħha u anke mar biex jiġbed il-flus.

    Jidher li Sanchez għamel kuntatt mal-pulizija u pprova jitfa’ dubju fuq sieħeb ommu li kien hu li qatilha.

    Skont il-midja Brażiljana Sanchez kien diġà rikoverat tliet darbiet fi klinika għal abbuż tad-droga.