Sptar fit-Tajlandja qed jagħmel operazzjonijiet biex l-irġiel ikollhom is-six pack

    Minkejja li t-temp f’pajjiżna għadu ma qagħadx, l-istaġun sħun tas-Sajf jinsab wara l-kantuniera. Bħalna hemm pajjiżi oħrajn f’kontinenti differenti li qed jistennew dan l-istaġun b’ħerqa liema bħalha. U għal dawk l-irġiel li forsi għadhom qed jaħdmu biex joħorġu dawk il-famużi sit kaxxi li jifformaw fuq żaqqhom, sptar fit-Tajlandja għandu s-soluzzjoni għalihom.

    L-isptar Masterpiece fil-kapitali ta’ Bangkok qed jagħmel operazzjonijiet fejn permezz ta’ implants qiegħed jifforma s-six pack. L-isptar ilu għal dawn l-aħħar erba’ snin jagħmel dawn l-operazzjonijiet. Fil-fatt kelliem għall-isptar qal li bejn wieħed u ieħor madwar 40 persuna jidħol l-isptar biex issirlu din l-operazzjoni.