Raġel arrestat wara sejba ta' ''pakkett suspettuż'' f'Manchester

    Parti minn Manchester ngħalqet għall-pubbliku u raġel ġie arrestat wara sejba ta’ “pakkett suspettuż”.

    Il-Pulizija f’Manchester kellha tagħlaq l-aċċess fiż-żona ta’ Piccadilly Gardens. Xi servizzi ta’ trasport fosthom vannijiet u t-tramm kellhom jitwaqqfu temporanjament.

    Ir-raġel arrestat huwa mifhum li għandu 26 sena u qiegħed jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.