Ministru f’Ċipru jirreżenja wara li nqatlu 7 nisa u ħadd ma nduna

    Il-pressjoni li kienet qed issir fuq il-Ministru għall-Ġustizzja ta’ Ċipru, wara li raġel ammetta li qatel seba’ nisa immigranti u bniet, f’każ li baqa’ għaddej mingħajr ħadd induna għal kważi tliet snin, ħalliet l-frott. 

    Filfatt fl-aħħar sigħat  Ionas Nicolaou qal li se jerfa’ responsabilità politika, u żied li huwa personalment ma kienx involut fil-każ. Is-suspettat ewlieni, li huwa uffiċjal tal-armata, qed jinżamm arrestat.

    Uffiċjali qed jiġu akkużati li ma investigawx sew l-għejbien tal-vittmi għax kienu immigranti.