NOMINI TA’ MĦALLEF U ŻEWĠ MAĠISTRATI APPROVATI MILL-KABINETT TAL-MINISTRI

    Il-Gvern ħabbar li l-Kabinett tal-Ministri approva n-nomina għall-ħatra tal-Maġistrat Dott. Antonio Mizzi bħala Imħallef u dawk tal-Avukati Dott. Aaron Bugeja u Dott. Charmaine Galea bħala Maġistrati fil-Qrati ta’ Malta.

    "Dawn in-nomini saru sabiex jimtlew il-vakanzi li nħolqu wara r-riżenja ta’ Imħallef fil-15 ta’ Diċembru 2012 u l-irtirar ta’ Maġistrat fit-3 ta’ Frar 2013," qal il-gvern.

    "Għan-nomina tal-ġudikanti l-ġodda l-Gvern għażel il-valuri tal-kwalita’, l-esperjenza u l-integritàbħala l-principji ewlenin li ggwidaw l-għażla ta’ dawn il-persuni biex jimlew karigi tant essenzjali għat-tħaddim tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna," żiedet tgħid l-istqarrija.