Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li jaqa' mill-irdum ta' Għajn Tuffieħa

    Anzjan ta’ 67 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ mill-irdum ta’ Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45 p.m.

    Ir-raġel ittella’ permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.