Ħaddiema jammettu li kienu jpejpu biex jevitaw milli joqogħdu jinżlu minn tant għoli

    Il-kuntrattur li kien inkarigat mir-rinnovar ta’ Notre Dame ammetta li l-ħaddiema kienu qegħdin jonqsu milli jimxu skont ir-regoli iżda fl-istess waqt ċaħad li seta’ kien xi sigarett li wassal biex il-binja prestiġjuża tispiċċa tieħu n-nar.

    Il-kumpanija Le Bras Freres tipprojbixxi lill-ħaddiema tagħha milli jpejpu iżda minħabba l-għoli l-ħela ta’ ħin biex wieħed jinżel minn daqstant għoli u jpejjep ħafna injoraw din it-twissija.

    Meta investigati mill-Pulizija xi ħaddiema ammettew li kien hemm min kien jinjora t-twissija u jpejjep xorta waħda iżda saħqu li żgur li ma kienx sigarett li wassal għal din il-ħsara kollha.

    Investigaturi Franċiżi jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom bil=għan li jiskopru x’wassal biex jitkebbsu nirien f’wieħed mill-aktar postijiet miżjurin fl-Ewropa.

    Spekulazzjoni oħra kienet li seta kien hemm xi short-circuit f’wieħed mil-lifts temporanji li kienu qegħdin jużaw il-ħaddiema.

    Intant l-awtoritajiet Franċiżi jinsabu ferm imħassbin dwar kif jistgħu jipproteġu l-bqija tal-binja tant prestiġġjuża u ma jħallux li ssir aktar ħsara minħabba xita mbassra fuq l-inħawi.