Isofri ġrieħi gravi wara li waqa' ħajt fuqu f'sit ta' kostruzzjoni

    Ħaddiem indarab gravi wara li għall-ħabta tas-1.30 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq F.Vidal fis-Swieqi.

    MInn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 24 sena mis-Senegal u residenti Birżebbuġa kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ ħajt fuqu waqt li kien qiegħed jaħdem.

    Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħaditu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.