Nicolo Zaniolo u Roma jridu jiftiehmu dwar kuntratt ġdid

    Bħalissa għaddejjin taħdidiet rigward l-attakkant żagħżugħ ta’ Roma Nicolo Zaniolo u t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu mat-team mill-belt kapitali Taljana. Id-diriġenti Giallorossi lesti jagħmlu minn kollox sabiex il-player ta’ 19-il sena jibqa’ aktar snin magħhom. Huma qed joffru s-somma ta’ €1.7 miljun flimkien ma’ xi bonus b’kuntratt sas-sena 2024.

    Mill-banda l-oħra Zaniolo jixtieq li din iċ-ċifra tiżdied għal €2 miljun sabiex ikun jista’ jikkonvinċi ruħu minn dan il-proġett. Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija aktar żviluppi sabiex jiġi deċiż x’għandu jsir.

    Zaniolo skorja erba’ goals fi 23 partita mal-Giallorossi.