Chelsea jridu jġeddu l-kuntratt ta’ Callum Hudson-Odoi

    Minkejja li l-istaġun għall-attakkant Callum Hudson-Odoi huwa mitmum minħabba injury fl-Achilles tendon, Chelsea jridu jagħtuh kuntratt ġdid biex iżommuh fi Stamford Bridge.

    Huwa sofra din l-injury fid-draw ta’ 2-2 kontra Burnley fejn saħansitra ġie operat.

    Dan il-player ta’ 18-il sena ġie assoċjat ma’ Bayern Munich wara li kien frustrat minħabba nuqqas ta’ football regolari mal-ewwel team.

    Iżda l-Pensioners huma ħerqana li joffru kuntratt ġdid lill-attakkant hekk kif il-kuntratt attwali tal-internazzjonali Ingliz jiskadi fl-aħħar ta’ l-istaġun li jmiss ... madankollu huwa lest li jiffirma kuntratt ġdid mal-Pensioners li jarah jaqla madwar €115,000 fil-ġimgħa.