Kim Jong Un fir-Russja għal summit importanti ma' Putin

    Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un wasal fil-belt Russa ta’ Vladivostok fejn se jkun qed ikollu l-ewwel summit mal-President Russu Vladimir Putin. Is-summit se jkun qed jiżvolġi hekk kif it-taħditiet nukleari mal-Istati Uniti sofrew xi intoppi.

    Kim għamel il-wasla tiegħu fil-belt Russa abbord il-ferrovija personali tiegħu, bil-qawwiet tas-sigurtà Russi jżommu livell għoli ta’ sigurtà fil-belt għal dik li hija l-ewwel żjara tiegħu fir-Russja mindu ħa l-poter fl-2011.

    Kim huwa fiduċjuż li dawn it-taħditiet ma’ Putin se jkunu qed iwasslu fi stabbiltà reġjonali. Bosta qed iqisu lil dan is-summit bħala test importanti għall-kapaċitajiet diplomatiċi ta’ Kim hekk kif se jkun qed jagħmel pressjoni biex jitneħħew is-sanzjonijiet li hemm imposti fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq.