Leroy Sane jista’ jħalli lil Manchester City

    Manchester City jinsabu konxji li jistgħu jitilfu lill-attakkant internazzjonali Ġermaniż, Leroy Sane, hekk kif stqarr li qed jikkunsidra l-futur tiegħu.

    Huwa kien ingħaqad mas-City, fl-2016, mingħand Schalke li f’129 partita skorja 38 goals u rreġistra 45 assists.

    Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2021 u jidher li n-negozjati biex jiġġedded il-kuntratt jinsabu weqfin.

    Il-coach ta’ Manchester City, Pep Guardiola, qed jibża’ li Sane qed jikkunsidra offerti minn klabbs oħra, b’Bayern Munich mistennija jagħmlu offerta ghalih fis-sajf li gej.