Liverpool interessati f’Luka Jovic

    Liverpool jinsabu interessati li jiffirmaw lill-player ta’ Benfica, Luka Jovic.

    Għal dawn l-aħħar żewġ staġuni, dan il-player ta’ 21 sena, lagħab b’self ma’ Eintracht Frankfurt fejn skorja 34 goal, f’69 partita.

    U filwaqt li Eintracht iridu  jiffirmaw lil Jovic fuq bażi permanenti, hemm bosta klabbs madwar l-Ewropa li jixtiequ l-firma tiegħu.

    Fosthom huma Liverpool li jidher li diġá għamlu kuntatt mal-aġent tal-player. Peró Benfica żgur li m’għandhomx għaġġla jagħmlu negozju daqstant malajr hekk kif jistgħu jġibu prezz tajjeb għalih.