Maurizio Sarri akkużat mill-FA Ingliża

    Il-coach ta’ Chelsea, Maurizio Sarri, ġie akkużat mill-FA Ingliża wara li tkeċċa fid-draw ta’ 2-2 kontra Burnley.

    Huwa ġie akkużat b’imġieba ħażina fl-94 minuta tal-logħba u għandu sa nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-6.00 pm, biex iwieġeb għal din l-akkuża.

    Aktar minn hekk, Sarri naqas mid-doveri tiegħu mal-media wara l-logħba minħabba li ħassu “urtat u offiż.”