Kampjonat Premier: Qormi jibqgħu jittamaw

    Ritratt: Christine Borg

    Qormi..................... 1

    Birkirkara.............. 0

    Qormi kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Bir­kirkara bil-goal tant importnati għalihom jasal fit-80 minuta minn Antonio Rozzi.

    B’hekk huma baqgħu jittamaw li jżommu posthom mal-elite tal-football Malti għal staġun ieħor.

    Birkirkara kellhom lil Kurt Zammit sospiż waqt li Qormi kellhom lil Tensior Gusman nieqes għall-istess raġuni.

    Dan filwaqt li għall-Istripes “iddebutta” għat-tieni darba  l-coach, John But­tigieg, biex b’hekk kien qed jagħmel ir-ritorn tiegħu ma’ Birkirkara hekk kif diġá kien jokkupa din il-kariga bejn Marzu 2007 u Lulju 2009 qabel beda jassumi r-responsabbiltá ta’ coach tat-team nazzjonali megħjun mill-assistent tiegħu, Carmel Bu­suttil.

    L-ewwel 25 minuta kienu ferm kwieti u nieqsa minn kull emozzjoni miż-żewġ settijiet ta’ players. Kien biss fit-28 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, bl-Istripes ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt mid-distanza ta’ Johann Bezzina għadda għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-golkeeper ta’ Qormi, David Cas­sar.

    Huma komplew jippressaw u tliet minuti biss wara , free-kick ta’ Clayton Failla għadda għoli.

    Qormi wieġbu, fis-37 mi­nuta, meta Mohamed Malela  Bangoura avvanza tajjeb fil-kaxxa, bid-difiża  Kar­kariża tikklerja l-ballun f’corner. Mill-istess corner, Davide Mansi kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata mingħajr wisq diffiultá mill-goalkeeper Karkariż, Kristijan Naumovski.

    Fit-43 minuta, huma reġ­għu kienu perikolużi meta Wellington De Oliveira kellu x-xutt angolat jiġi mdawwar f’corner minn Naumovski.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Qriema ħarġu ferm aggressivi u fis-57 minuta xutt mill-viċin ta’ Jordy Mboyo Lokando ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Karkariż.

    Huma komplew fuq l-offensiva u fil-65 minuta xutt mid-distanza ta’ Wellington De Oliveira għadda ftit barra.

    Għaxar minuti mit-tmiem Qormi skorjaw il-goal tar-rebħa meta l-ewwel kien hemm xutt imblukkat mid-difiża Karkariża biex mir-rebound, kważi minn tarf il-kaxxa, ANTONIO ROZZI  tefa’ ġewwa liema goal jista’ jkun il-biljett għas-salvaz­zjoni.  

    QORMI: 24-David Cassar, 5-Davide Mansi, 6-Yannick Yankam, 7-Antonio Rozzi, 14-Alan Abela (27-Alessio Cassar 76), 18-Michael Borg (9-Manolito Micallef 64), 20-Wellington De Oliveira,  51-Jordy Mboyo Lokando, 68-Malela Bangoura, 77-Lucas Santana, 90-Romeu Pericles Romao -Coach: Mario Muscat

    BIRKIRKARA: 26-Kristijan Naumovski, 7-Mislav Andelkovic (30-Marcelo Franca De Siqueira 65), 8-Maurizio Vella, 10-Johann Bezzina, 13-Clayton Failla, 14-Eduardo Ferreira Dos Santos, 15-Nikola Vukanac, 17-Michael Mifsud, 22-Cain Attard, 23-Terence Agius (25-Paul Mbong 85), 85-Jorge Pereira Da Silva  -Coach: John Buttigieg

    REFEREE: Eman Grech

    ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Thomas Debono

    RABA’ UFF: Glen Tonna

    SKORERS:Antonio Rozzi 80 (Q)

    AMMONITI:J. Bezzina, E. Ferreira Dos Santos (B), R. Pericles Romao (Q)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Wellington De Oliveira (Q)