Liverpool favoriti li jiffirmaw lil Nicolas Pepe

    Liverpool huma l-favoriti li jiffirmaw l-attakkant ta’ Lille, Nicolas Pepe, wara li fetħu taħdidiet mal-klabb Franċiż.

    Fi tmiem il-ġimgħa, l-agent ta’ Pepe kkonferma li numru ta’ klabbs jinsabu nteressati fl-attakkant li huwa vvalutat €86 miljun.

    Arsenal huma ammuraturi kbar tal-internazzjonali Ivorjan filwaqt li Chelsea qed jarawh bħala s-sostitut denju ta’ Eden Hazard li se jingħaqad ma’ Real Madrid.

    Iżda f’daqqa waħda r-Reds saru l-favoriti hekk dan il-player ta’ 23 sena jilgħab l-istil ta’ logħob tal-coach, Jurgen Klopp.

    Pepe skorja 19-il goal u rregista 11-il assist fi 32 partita f’Ligue 1 s’issa f’dan l-istaġun u sar l-ewwel player fid-diviżjoni li laħaq figuri doppji fiż-żewġ aspetti.