Il-Pulizija mitlubin jikkontrollaw it-traffiku wara inċident f'Dawret il-Mellieħa

    Il-Pulizija kienet imsejħa tassisti f'Dawret il-Mellieħa wara inċident tat-traffiku bejn żewġ vetturi.

    Inewsmalta tinsab infurmata li fortunatament ħadd ma ndarab f'dan l-inċident iżda fil-post kellhom jissejħu membri mis-sezzjoni tat-traffiku sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

    Jidher li parti minn din din it-triq kellha tingħalq temporanjament għat-traffiku sakemm jitneħħew iż-żewġ vetturi mill-post tal-inċident. Dan għaliex minkejja li fortunatament ma kienx hemm persuni midrubin, il-vetturi involuti fl-inċident sofrew ħsarat enstensivi tant li kellhom jiġu rmunkati minn fuq il-post.