L-aħħar xhur ta’ Miralem Pjanic ma’ Juventus

    Iċ-champions il-ġodda Taljani Juventus qed jippreparaw sabiex jixtru aktar players fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Jingħad li players bħal Paulo Dybala, Douglas Costa u Miralem Pjanic jistgħu jħallu lill-club sabiex jingħaqdu ma’ team ieħor.

    L-ogħla awtoritajiet tal-club lesti li jbiegħu lil Pjanic biss jekk tiġi ppreżentata offerta ta’ madwar €130 miljun minn xi team prospettiv. Għal Pjanic hemm imsemmija tliet timijiet u dawn huma Paris St Germain, Bayern Munich u Real Madrid.

    Jekk jirnexxielhom ibiegħu lil Pjanic, il-Bianconeri jistgħu jħarsu lejn players oħra x’jistgħu jixtru fosthom Tanguy Ndombele ta’ Lyon, Toni Kroos ta’ Real Madrid jew Ivan Rakitic ta’ Barcelona.