Liema huma l-aktar passwords użati li jistgħu faċilment jinsterqu?

    Skont studju maħruġ fir-Renju Unit miljuni ta’ persuni qegħdin jużaw passwords li jistgħu faċilment jiġu skoperti.

    L-analiżi li saret miċ-Ċentru għas-Sigurtà Ċibernetika Nazzjonali (NCSC) sabet li 123456 kienet l-aktar password mifruxa madwar id-dinja, liema password wasslet biex ikun hemm serq ta’ kontijiet sensittivi.

    Dan l-istudju għen biex jagħti tagħrif lil persuni li jinsabu fil-periklu li jiġu sfruttati.

    Skont l-istess NCSC l-aktar password b’saħħitha tista’ tinkiseb billi tgħaqqad tliet kelmiet li inti kapaċi tiftakar, tgħaqqadhom anke jekk ma jkunux jagħmlu sens flimkien u tuża lilhom.

    Skont l-analiżi li saret aktar minn 23 miljun persuna kienu jużaw 123456 bħala password, warajha kien hemm 123456789, segwiti minn “qwerty”, “password” u 1111111.

    L-aktar isimijiet komuni li rriżulta li kienu qegħdin jintużaw bħala passwords kien hemm Ashley, segwit minn Michael, Daniel Jessica u Charlie.