Fi Spanja... ivvizzjati imma mhux fuq is-sustanzi

    Fi Spanja għadu kif sar studju li qed juru kif tfal u żgħażagħ Spanjolu jinsabu littralment ivvizzjati.  Dan mhux fuq sustanzi imma fuq it-teknoloġija, xi ħaġa li qed  taffettwahom ħażin ħafna.

    Filfatt, 21 fil-mija ta’ tfal u żgħażagħ bejn l-età ta’ 10 u 25 sena, qed ibatu minn diżordnijiet marbutin mal-aġir tagħhom.  It-tort għal dan qed jintefa’ fuq it-teknoloġija.   L-istħarriġ kien fost 4,000 tfal u żgħażagħ.