X’inhu l-użu tal-bajd fil-Ġimgħa l-Kbira skont it-tradizzjoni Ġamajkana?

    Kull pajjiż jgħożż it-tradizzjonijiet tiegħu u skont il-Ġamajkani, f’jum il-Ġimgħa l-Kbira jeħtieġ li tagħmel użu differenti mis-soltu fejn jidħol il-bajd.

    Skont it-tradizzjoni l-Ġamajkani qabel tlugħ ix-xemx għandek tofsoq bajda u tisseparaha mill-isfar tagħha. Huma jħalltu l-abjad tal-bajda f’tazza mimlija bl-ilma. 

    Ma’ tlugħ ix-xemx, it-tazza tibda tisħon u minnha joħorġu patterns li jiffurmaw mill-istess bajda.

    Fil-passat, il-Ġamajkani kienu jemmnu li dawn il-patterns kienu jiżvelaw dwar id-destin tal-mewt ta’ dak li jkun.