Jaqta' wieħed mis-swaba' wara li vvota partit bi żball wara li tfixkel fis-simboli

    Votant fl-Indja qatgħa subajh barra wara li rrealizza li kien ħa żball hu u jivvota. Pawan Kumar qal li inċidentalment spiċċa jivvota lill-Partit Bharatiya Janata minflok partit reġjonali wara li tfixkel minħabba l-ħafna simboli fuq il-magna tal-votazzjoni.

    F’filmat li qiegħed jixxandar Kumar jinstemgħa jgħid li ried jivvota l-iljunfant u bi żball ivvota fuq il-fjura u hawnhekk kien qiegħed jirreferi għas-simboli tal-partiti politiċi.

    Huwa għamel li għamel minħabba li skont is-sistema tal-votazzjoni, wara li l-votant jissottometti l-vot tiegħu, wieħed mis-swaba’ jiġi mmarkat b’mod permanenti.