''Jien ma nagħmilx mirakli''... Omm Ronaldo titkellem dwar id-diżappunt ta' binha wara li Juventus sfaw eliminati minn Ajax

    Rapporti fuq siti barranin qegħdin jirrapurtaw li l-plejer Cristiano Ronaldo jista’ jkun li jħalli lil Juventus qabel jiskadilu l-kuntratt u dan wara rabja kbira għall-mod ta’ kif il-kowċ Max Allegri qiegħed imexxi t-tim.

    It-trasferiment ta’ Ronaldo ma’ Juventus kien wieħed mill-aħbarijiet ewlenin tas-suq tat-trasferimenti u bosta partitarji kienu fiduċjużi li din id-darba t-tim ta’ Juventus kien akkwista dik ix-xi xi ħaġa li kien hemm nieqsa biex jaslu għat-trofew taċ-champions League.

    Omm Ronaldo tkellmet dwar ir-reazzjoni ta’ binha li kien verament diżappuntat wara l-eliminazzjoni min din it-tazza kontra Ajax għax ried jara lil Juventus jaslu ferm aktar minn hekk. Hija qalet li meta staqsietu dwar jekk min-naħa tiegħu setax jagħmel aktar huwa weġibha “Ma jien ma nagħmilx mirakli”.