Eden Hazard viċin ferm Real Madrid

    It-trasferiment ta’ Eden Hazard ma’ Real Madrid jista’ jiġi finalizzat fil-jiem li ġejjin.

    L-attakkant  internazzjonali Belġjan skorja 19-il goal u rreġistra 12-il assist f’44 partita għal Chelsea dan l-istaġun imma sa jara l-kuntratt attwali tiegħu jiskadi f’Gunju 2020 u mhux ser jiffirma kuntratt ġdid.

    Hazard, li huwa vvalutat €115-il miljun, kien l-ewwel player li ġie identifikat mill-coach ta’ Real Madrid, Zinedine Zidane, appena rritorna fit-tmexxija tat-team.