Rekord nazzjonali tal-ikbar platt bl-ismid

    Il-Kummissjoni Ġimgħa Mqaddsa fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant'Elena ta' Birkirkara, kisbet rekord nazzjonali tal-akbar platt li qatt inħadem bl-ismid ikkulurit f'Malta. Id-daqs ta’ dan il-platt huwa ta’ tul 7.5m b'5.06m wisgħa u qed jiġi esibit fil-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li qiegħda ssir fl-istess Każin tal-Għaqda bħala parti mill-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

    “Ilbieraħ komplejna naqqaxna l-istorja tal-Għaqda tagħna,” kitbet l-Għaqda fuq il-midja soċjali, “kif wegħdna qed nkomplu niċċelebraw iċ-ċentenarju b'mod denju hekk kif jixraq lill-Għaqda li tant nħobbu.” 

    Din hija tieni darba li qed jinkiser dan ir-rekord minn din l-istess Għaqda, fejn l-istess kien sar għaxar snin ilu fiċ-ċelebrazzjoni tad-90 sena tal-Għaqda. 

    Ta' min ifakkar li l-kisba ta’ dan ir-rekord, qegħda tiġi konċiża mal-Festi ċentinarji li l-istess Għaqda qed tiċċelebra din is-sena. 

    Min jixtieq jara dan ix-xogħol jista jżur il-Każin tal-Għaqda Mużikali Sant'Elena f'Birkirkara, fejn apparti dan jista wkoll jara' nurmu ta' statwi life-size esebiti fil-kantina u fix-xelter tal-Każin.