Maxi Gomez fil-mira ta’ Tottenham

    Tottenham iridu jiffirmaw lill-midfielder ta’ Celta Vigo, Maxi Gomez.

    Fix-xhur li għaddew, Gomez ġie assoċjat ma’ West Ham iżda l-interanazzjonali Uruguajan baqa’jilgħab fi Spanja.

    Il-Hammers huma mistennija li jirritornaw b’offerta għal dan l-attakkant fi tmiem l-istaġun iżda jidher li se jiffaċċjaw kompetizzjoni mingħand Spurs.

    Gomez, li għandu klawsola ta’ €50 miljun fuq il-kuntratt attwali tiegħu, ingħaqad ma’ Celta mingħand Sporting fl-2017 u skorja 29 goals f’69 partita fil-kompetizzjonijiet kollha għal-klabb Spanjol.