Giancarlo Gonzalez ma’ LA Galaxy

    Is-sit uffiċjali ta’ Bologna ħabbar li d-difensur Giancarlo Gonzalez ħalla lill-klabb sabiex ingħaqad ma’ Los Angeles Galaxy fil-Major League Soccer fl-Istati Uniti. Dawn tal-aħħar akkwistaw lil dan il-player għal kollox wara esperjenza ta’ ħames snin fil-peniżola Taljana.

    Gonzalez wasal l-Italja fis-sena 2014 meta dak iż-żmien lagħab ma’ Palermo għal tliet snin sħaħ. Fis-sena 2017 hu ġie akkwistat minn Bologna fejn lagħab 34 partita. Minkejja kollox, dan il-plejer ta’ 31 sena ftit sab post kemm taħt il-coach Filippo Inzaghi kif ukoll f’dak riċenti SinisaMihajlovic u għalhekk ma kellux triq oħra ħlief li jfittex destinazzjoni oħra.

    Gonzalez lagħab 71 partita mat-team nazzjonali tal-Costa Rica u skorja żewġ goals.