Maurizio Sarri bejn Roma u Inter?

    Hekk kif hi ħaġa ċerta li l-coach ta’ Chelsea Maurizio Sarri ser iwarrab mill-kariga fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, diversi timijiet Taljani qed jiġru wara l-firma tiegħu. Wara li Roma ilhom juru interess fil-coach ta’ 60 sena, issa tfaċċaw ukoll Inter li jridu jsibu lil xi ħadd jieħu t-tmun tat-team f’idejh hekk kif Luciano Spalletti ser iħalli l-kariga fl-aħħar tal-istaġun.

    Sarri ngħaqad mal-Blues fil-bidu ta’ dan l-istaġun iżda naqas li jħalli l-impatt meħtieġ fi StamfordBridge fejn wara bidu ferm pożittiv, bil-mod il-mod bdew jitilfu l-punti. It-tim bħalissa jinsab fir-raba’ post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż u l-prijorita’ ewlenija tal-klabb hi li għallinqas jikseb post fil-UEFA Champions League.

    Sarri kkowċja lil Empoli u Napoli fost timijiet oħra Taljani.