Filmat: ''Qegħdin inbiddlu r-rotta ta’ sfida li kienet qed tiswa 'l- pajjiż miljuni sħaħ''

    Il-Ministru għat-Trasport Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg sostna li, “huwa ta’ pjaċir għalija li qegħdin hawn niddiskutu kif qegħdin inbiddlu r-rotta ta’ sfida li kienet qed tiswa 'l pajjiż miljuni sħaħ. Mill-figuri li smajna jidher li fi ftit xhur, għandna inħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu għax dan qed jinbidel f’mutur u kontribut ekonomiku.”

    Huwa spjega kif il-proġetti infrastrutturali qed jagħmlu d-differenza pożittiva fl-ekonomija tal-pajjiż, fil-bwiet tan-nies, fil-qasam ambjentali u fil-ħin li jibqgħalna mal-familja jew li nistgħu niddedikaw għax-xogħol.

    Huwa aċċenna għall-istudju li sar mill-Kumissjoni Ewropea fl-2012 dwar l-ispejjeż relatati mal-konġestjoni, u qal li kieku dan il-Gvern ma ħax dawn il-passi pożittivi favur infrastruttura xierqa, dawn l-ispejjeż kienu jkomplu jitilgħu, iżda mhux talli dan ma sarx, talli b’dawn is-seba’ proġetti biss diġa’ rajna tnaqqis imbassar ta’ madwar 14% fi spejjeż fuq medda ta’ snin.

    Ritratt u filmat: Alan Saliba