Manchester City jidħlu għal Aaron Wan-Bissaka

    Manchester City huma nteressati li jiffirmaw lill-player ta’ Crystal Palace, Aaron Wan-Bissaka, fis-sajf li ġej.

    F’dawn l-aħħar ġimgħat id-difensur kien assoċjat ma’ Manchester City, iżda jidher li s-Citizens ser jagħmlu offerta uffiċjali fi tmiem l-istaġun.

    Wan-Bissaka huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar prospetti, minkejja li għamel id-debutt tiegħu mal-Eagles fl-aħħar tal-istaġun li għadda.

    Il-manager tal-Palace, Roy Hodgson, riċentement ħabbar li l-klabb tiegħu se jikkunsidra kwalunkwe offerta għall-internazzjonali Ingliż ta’ Taht il-21 sena, li għandu klawsola €46 miljun fuq il-kuntratt attwali tiegħu li jintemm f’Ġunju 2022.