Ir-Russja tiċħad li se tagħti kenn lil al-Assad

    Skont rapport fil-midja internazzjonali r-Russja ċaħdet li għandha pjani biex tagħti kenn lil President Sirjan Bashar al-Assad. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja (ritratt), kien ikkwotat jgħid li pajjiżu m’għamel l-ebda ftehim ta’ dan it-tip u lanqas biss jaħsibha.

    Ir-rimarki tal-Ministru Lavrov saru wara rapporti fil-midja Russa li dan kien il-ħsieb tal-gvern.

    Lavrov qal li dawk li qegħdin jipprovaw jagħtu din l-idea lill-komunità internazzjonali qegħdin jipprovaw jilħqu “l-għanijiet maħmuġa” tagħhom. Qal li din hija provokazzjoni minn dawk li jridu jattakkaw lir-Russja u ċ-Ċina għax mhux jaqblu mal-azzjonijiet proposti mid-dinja tal-Punent.