Qassis mixli li abbuża sesswalment mit-tfal jinstab maqtul

    John Capparelli, qassis ta' 70 sena li kien mixli li abbuża sesswalment minn tfal minorenni, instab maqtul fir-residenza ġdida tiegħu f'Nevada fl-Istati Uniti. Jidher li mill-ftit dettalji li ħarġu mill-investigazzjoni jidher li Capparelli inqatel permezz ta' arma tan-nar. 

    Fil-passat, il-qassis kien akkużat li abbuża sesswalment mis-subien u ħadilhom ritratti bil-malji. Quddiem dawn l-akkużi Capparelli kien tneħħa mill-irwol tiegħu.