Ritratti tax-“xbieha ta' Ġesù” qalb is-sħab fuq belt Taljana jispiċċaw iduru d-dinja

    Ritratti li juru dik li tidher bħala x-xbieha ta’ Ġesà tiddi qalb is-sħab fuq il-belt Taljana ta’ Agropoli spiċċaw daru d-dinja.

    Ir-ritratti nġibdu minn resident tal-belt, Alfredo Lo Brutto, hekk kif raġġi tax-xemx dehru jixirfu minn fost is-sħab griż fis-sema fuq il-baħar.

    Id-dehra li nħolqot tixbaħ lill-istatwa popolari ta’ Kristu f’Rio de Janeiro, il-Brażil.

    Alfredo saħaq li baqa’ affaxxinat bid-dehra li kien inzerta quddiemu. “Ftit li xejn nieħu ritratti u nippubblikahom fuq il-midja soċjali, madankollu kont naf mill-ewwel li dawn ir-ritratti kelli naqsamhom ma’ persuni oħrajn.”