Imut wieħed mill-aqwa goalkeepers fl-istorja tal-futbol

    Gordon Banks, il-goalkeeper Brittaniku li kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Ingliż miet fl-età ta’ 81 sena.

    Banks, li fil-karriera tiegħu lagħab mal-klabbs ta’ Stoke u Leicester, kien jagħmel parti mit-tim famuż Ingliż li kien refa’ t-trofew tat-Tazza tad-Dinja fl-1966.

    Qed ikun rapportat li saħħet Banks marret lura sinjifikament f’dawn l-aħħar ġimgħat.

    Huwa kien ilu jissielet kontra l-marda tal-kanċer għal snin sħaħ, u matul dawn l-aħħar xhur kien jirċievi l-kimoterapija.

    Banks huwa meqjus ukoll bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers fl-istorja tal-futbol.