Jiddeċiedi li m'għandux ikompli jsuq wara li ammetta li kellu ħtija fl-inċident ta' ftit ġimgħat ilu

    Fl-aħħar sigħat inxterdet l-aħbar minn Buckingham Palace fejn intqal li d-Duka ta’ Edinburgh se jkun qiegħed jieqaf isuq.

    Dan wara li l-anzjan ta’ 97 sena talab apoloġija minħabba inċident stradali wara li darab persuna li kienet għaddejja u baqa’ dieħel fiha hekk kif stqarr li ma kienx raha bix-xemx.

    Fi ftit jiem il-Prinċep Philip spiċċa fil-mira ta’ kritika qawwija wara ritratti tiegħu jikser il-liġi waqt is-sewqan fosthom isuq mingħajr ċintorin tas-sigurtà.

    Skont rapporti barranin jidher li din kienet deċiżjoni tiegħu wara li rrifletta dwar l-inċident li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu u assuma r-responsabbilità ta’ dak li seħħ.