“Irrid mill-ġdid li jinfetaħ il-Labour Office fil-Marsa!” - il-Viċi Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi

    Il-Viċi Sindku tal-Marsa, Josef Azzopardi saħaq magħna li jixtieq li jinfetaħ mill-ġdid il-Labour Office fil-Marsa.

    Sostna lI “Bosta nies li niltaqa’ magħhom waqt li indur id-djar u l-familji huma inkwetati ħafna għall-fatt li xhur ilu l-labour office tal-Marsa ġie magħluq. Għalaq għax kien bil-kera, però qatt ma instab jew qatt ma mexa għal post alternattiv. Għal min għadu żgħir forsi ma tkunx problema jitla’ sal-Ħamrun però għall-anzjani din hija sitwazzjoni iebsa ħafna. Apparti d-distanza, wieħed tajjeb li jsemmi li ġewwa l-labour office tal-Ħamrun bħalissa jinqdew tlett lokalitajiet: Marsa, Santa Venera u l-Ħamrun.”

    Enfasizza li “ma ninsewx li f’Malta t-temp ikun bosta drabi fl-estrem, jew kesħa u maltemp jew sħana kbira. Immaġina kemm ibatu l-ġenituri u l-anzjani tagħna biex jitilgħu sal-labour Office! Nemmen li sakemm din is-sitwazzjoni titranġa għandu jkun hemm mezz ta’ trasport offrut lill-anzjani u lil kull min jinqeda’ b’dan is-servizz biex kemm jista’ jkun tittaffa din it-tbatija.”