Jinżamm arrestat ir-Rumen li kien involut f’serq fil-venda tal-Belt

    Il-każ ta’ serq mill-venda tal-Belt minn diversi Rumeni, liema każ wassal biex il-Pulizija jmorru fuq il-post u jaqbduhom hemm nhar il-Ħamis, wassal biex  Razvan Aurel Stefan, Rumen ta’ 38 sena ikun akkużat b’diversi akkuzi ta’ serq. 

    Fil-qorti ir-Rumen wieġeb ħati tal-akkuzi miġjuba kontrih. Is-sentenza tiegħu mistennija tingħata nhar l-14 ta’ Frar.

    Il-mara li wkoll ġiet arrestata l-Ħamis fir-rejd tal-Pulizija mhux se tkun qed tiġi akkużata fil-Qorti.