Trid issemmi serp għall-eks-maħbub jew maħbuba tiegħek?! Idea “innovattiva” ta' zoo Awstraljan għal Jum San Valentinu

    B’Jum San Valentinu riesaq ġmielu, zoo f’Sydney nieda kompetizzjoni li se jkun qed jippermetti lil persuna jsemmi lil wieħed mis-sriep tagħhom għall-eks-għarus/a tiegu proprju f’dan il-jum li jiċċelebra l-imħabba bejn il-koppja.

    Il-Wild Life Sydney Zoo ħabbar din il-kompetizzjoni nhar il-Ħadd li għadda, li għandha wkoll l-għan li tiġbor fondi għall-Fond ta’ Konservazzjoni ta’ Annimali Slavaġ billi wieħed jagħmel donazzjoni ta’ $1 biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni.

    Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni mistenni li jkun magħruf dakinhar ta’ Jum San Valentinu.