Barclays iċaqlaq mal-€190 biljun f'assi lejn l-Irlanda minħabba Brexit

    Il-bank Barclays ċaqlaq mal-€190 biljun f’assi minn Londra għal Dublin wara li saħaq li ma jistax jistenna aktar biex jimplimenta l-pjan ta’ kontinġenza tiegħu dwar Brexit.

    Dawn l-assi jammontaw għal madwar 15% tat-€1.05 triljun f’assi li għandu.

    Dan iċ-ċaqliq ta’ assi kien approvat mill-High Court tal-Ingilterra u jinvolvu lil madwar 5,000 klijent tal-bank li talbu assigurazzjonijiet li s-servizzi ma jkunux interrotti. Fid-deċiżjoni l-Qorti qalet li t-talba tal-bank minħabba inċertezza hija waħda leġittima.

    Il-bank fl-2017 kien wissa li kien se jkompli jagħmel użu mis-sussidjarja liċenzjata fl-Irlanda biex tkompli taqdi klijenti minn stati membri tal-UE wara d-29 ta’ Marzu ta’ din is-sena.