ARA: Mara tisfa attakkata u tinqatel minn grupp ta' klieb għax tidħol fit-territorju tagħhom

    Filmat grafiku ppubblikat fil-midja Messikana juri lil mara li sfat fil-mira ta’ grupp ta’ klieb li jiġru warajha, jattakkawha u eventwalment joqtluha.

    Il-filmat, li nġibed minn kamera tas-sigurtà, juri lill-mara – Margarita ta’ 34 sena – tiġri hekk kif kienet qed tipprova taħrab mill-klieb fil-belt ta’ ta’ Tecamac fil-Messiku.

    Madankollu hija apparentament taqa’ u tisfa vitta tal-klieb. L-attakk aħħari tal-klieb ma nqabadx mill-kamera tas-sigurtà.

    Rapporti fil-midja lokali qed jisħqu li jista’ jkun li l-klieb attakkaw lill-mara minħabba li daħlet f’dak li huma jqisu bħala t-territorju tagħhom.

    Intant is-sindku tal-belt ta struzzjonijiet biex l-annimali jinqabdu.