Żewġ irġiel u mara arrestati wara sejba ta' droga

    Il-pulizija arrestat tliet persuni wara li fil-pussess ta’ wieħed minnhom instabu diversi kaposli b’madwar 300 gramma ta’ dik li aktarx hija kokaina.

    It-tliet persuni – raġel residenti l-Fgura, mra residenti l-Belt, u Olandiż li mhux residenti Malta – ġew arrestati lbieraħ f’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li wettqu diversi spezzjonijiet madwar Malta fosthom f’Tas-Sliema. L-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-43 sena.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa S. Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.