Ir-rapper u kelliem għall-komunità LGBT Kevin Fret jinqatel fi Puerto Rico

    Ir-rapper u kelliem għall-komunità LGBT Kevin Fret nqatel fi Puerto Rico fl-età ta’ 24 sena.

    Il-mużiċist inqatel fl-aħħar sigħat fil-kapital ta’ San Juan. B’kollox kienu sparati tmien tiri fid-direzzjoni tiegħu waqt li kien għaddej bil-mutur u ntlaqat f’rasu u ġenbu.

    Il-Pulizija f’Puerto Rico b’dan il-każ se tkun qiegħda żżid l-investigazzjonijiet tagħha hekk kif Fret huwa t-22 vittma ta’ din is-sena fil-post.

    Il-maniġer tal-vittma, Eduardo Rodriguez ikkonferma l-aħbar tal-mewt tal-artist u qal li l-ebda kliem ma jista’ jiddeskrivi l-weġgħa kkawżata minn aħbar bħal din fejn artist mimli ħolm kellu jħallina.

    Il-Pulizija qiegħda tfittex persuna oħra li kienet bil-mutur mal-vittma meta nstab, iżda li għal xi raġuni ħarab mill-post.