Il-kobba ta' Ronaldo se tkompli titħabbel? Mitlub test tad-DNA mill-Pulizija ta' Las Vegas

    Il-Pulizija f’Las Vegas qiegħda titlob għat-test tad-DNA bħala parti mill-investigazzjoni tagħha rigward allegazzjonijiet ta’ stupru fil-konfront tiegħu.

    Ronaldo ċaħad l-akkużi ta’ Kathryn Mayorga wara li din allegat li hu kien ħa avvanzi sesswali fuqha f’lukanda f’Las Vegas lura fl-2009.

    L-avukat tal-plejer ta’ Juventus qal li l-klijent tiegħu dejjem sostna li dak li seħħ dakinhar seħħ bil-kunses ta’ Mayorga u li għalhekk ma tkunx sorpriża għalihom li t-test tad-DNA jimmarka pożittiv.Il-magazin Ġermaniż Der Spiegel li rrapporta allegazzjoni ta’ stupru li saret kontra l-istilla tal-futbol, Cristiano Ronaldo, qal li m’għandu “l-ebda raġuni” li jiddubita’ l-awtentiċitá tad-dokumenti kruċjali użati fl-istorja.

    Id-difiża tal-plejer ta’ Juventus, qalu li d-dokumenti ġew “totalment fabbrikati”, iżda Der Spiegel spjega li “Għand­na mijiet ta’ dokumenti minn sorsi differenti li jissustanzjaw ir-rappurtaġġ tagħna. Se nibqgħu ma’ dak li rrapportajna. M’għandna l-ebda raġuni li nemmnu li dawk id-dokumenti mhu­miex awtentiċi.
    Barra minn hekk, bħal dejjem u qabel ma nxandru kull artiklu li jidher f’Der Spiegel, inkunu ċċekkjajna l-informazzjoni tagħna meti­ko­lo­żament u tkun analizzata legalment.”
    L-istorja fil-magazin tiċ­ċentra fuq kwestjonarju, li jgħid li ġie mill-avukati ta’ Ronaldo, li fihom l-internazzjonali Portugiż ammetta li Mayorga, 34 sena, qalet “le” u “ieqaf” waqt l-allegat at­takk.

    L-avukat Peter S. Christiansen fil-passat ma ċaħadx dwar ftehim li kien intlaħaq bejn iż-żewġ partijiet, iżda li dan il-ftehim ma kienx relatat ma' konfessjoni ta' ħtija.