ARA: Attakk suwiċida bi drone waqt parata militari joqtol diversi suldati fil-Yemen

     

     

    Ribelli Houthi fil-Yemen attakkaw parata militari b’‘suicide drone’, liema attakk ħalla mill-inqas sitt suldati mejtin filwaqt li darab 12 oħrajn midrubin.

    L-attakk, li nqabad fuq filmat minn persuna li kienet preżenti għall-parata, kellu fil-mira tiegħu il-bażi ta’ al-Anad fil-provinċja ta’ Lahj fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

    Fost dawk li ndarbu kien hemm il-Ġeneral Abdullah al-Nakhi u l-Gvernatur ta-provinċja Ahmed Abdullah.

    Fil-filmat li kien ippubblikat mill-aġenzija tal-aħbarijiet France Presse, jidher id-drone jisplodi bis-suldati preżenti jintlaqtu minn biċċiet tal-metall. Hekk kif is-suldati dehru jinħakmu minn konfużjoni, mill-inqas suldat jidher iżomm dirgħajh, bid-demm ħiereġ minn spalltu.