Botta u risposta bejn Malta u l-Italja … Salvini jgħid li mhux se jieħu lezzjonijiet mingħand Malta u jikkummenta “#portsclosed”

    Il-botta u risposta bejn Malta u l-Italja fuq il-kwistjoni tal-immigranti kompliet hekk kif id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini saħaq li mhux se jkun qed jieħu lezzjonijiet mingħand Malta. Dan wara li aktar malti l-Gvern Malti għandu jirrevedi l-istatistika tiegħu u jżomm lura milli jagħmel dikjarazzjonijiet infondati dwar l-immigrazzjoni.

    F’kumment fuq Twitter Salvini qal li “mhux se nkunu qed nieħdu lezzjonijiet mingħand Malta li għal snin għalqet għajnejha u ħalliet dgħajjes bl-immigranti jaslu l-Italja.”

    Huwa żied jgħid li s-sitwazzjoni issa nbidlet u issa tista’ tasal fl-Italja biss b’permess. “Irċevejna żżejjed persuni li qed ifittxu ażil, issa jmiss lill-oħrajn li jqumu.” Dan filwaqt li ttwitja “#portsclosed”.

    ARA WKOLL: “Il-Gvern Taljan għandu jirrevedi l-istatistika tiegħu u jżomm lura milli jagħmel dikjarazzjonijiet infondati”