Jean-Clair Todibo ma’ Barcelona fis-sajf

    Barcelona se jiffirmaw lid-difensur ċentrali Franċiż ta’ 19-il sena, Jean-Clair Todibo, mingħand Toulouse bi trasferiment b’xejn fi tmiem dan l-istaġun, qalu l-leaders ta’ La Liga l-bieraħ.

    Il-club Katalan żied jgħid li Todibo se jintemmlu l-kuntratt ma’ Toulouse fl-aħħar ta’ Ġunju, li jfisser li huma mhux se jħallsu xejn għall-player meta fl-1 ta’ Lulju jmur fin-Nou Camp.

    Todibo, li daħal fit-team ta’ Toulouse fil-bidu ta’ dan l-istaġun, beda 10 logħbiet f’Ligue 1, se jingħaqad mal-kompatrijotti tiegħu, Samuel Umtiti u Clement Lenglet, li huma difensuri ċentrali bħalu, kif ukoll mal-attakkant Ousmane Dembele