Hyundai Kona magħżula “Karozza tas-Sena 2019” minn ABC

    Hyundai Kona rebħet it-titlu “Karozza tas-Sena 2019” mill-gazzetta Spanjola ABC. Meqjus l-aktar premju prestiġjuż fl-industrija tal-karozzi fi Spanja, dan it-titlu jiġi deċiż minn ġurija ta’ 36 ġurnalist minn gazzetti, rivisti, televiżjoni, radju u aġenziji differenti, kif ukoll permezz ta’ vot pubbliku.

    Il-premju jeżamina d-disinn kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa tal-karozza, flimkien mat-teknoloġija, affidabilità, prestazzjoni, sigurtà, kif ukoll kategorija fis-suq. It-titlu jqis ukoll il-kwalità tal-karozzi kif ukoll il-garanzija offruta: ta’ ħames snin fil-każ ta’ Hyundai Kona. Il-mudelli li rebħu dan il-premju kollha kibru f’suċċessi kbar għall-marki tagħhom u xejn inqas ma huwa mistenni mill-Kona.

    Hyundai hija sodisfatta ħafna li rebħet dan l-unur prestiġjuż, li jirrikonoxxi l-iżvilupp tal-marka f’dak li huwa teknoloġija, disinn, u kwalità. Il-fatt li SUV ġie mirbuħ minn SUV bħal ma hija l-Kona, jixhed ix-xejra lejn karozzi ta’ prestazzjoni li, fl-istess waqt, jilħqu l-aspettativi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u effiċjenza fil-konsum.

    Din hija r-raba’ darba li Hyundai qed tirbaħ dan it-titlu fl-aħħar snin. Fl-2008, il-Hyundai i30 kienet l-ewwel mudell tal-marka li qatt ingħatat dan il-premju. Kienet segwita malajr mill-Hyundai ix35 fl-2011, u mill-Hyundai Tucson fl-2016.