Hyundai i20 l-aħjar karozza kompatta għal Auto Bild TÜV 2019

    Il-Hyundai i20 rebħet it-titlu bħala l-aħjar karozza kompatta fir-Rapport tal-2019 tal-Auto Bild TÜV. Ir-riżultat huwa indikatur importanti għal min jixtri karozzi ġodda jew użati għaliex jixhed il-kwalità għolja li l-vetturi Hyundai għandhom. Dan huwa standard li, l-ewwel u qabel kollox, jippremja lill-klijenti stess għax, apparti mis-sigurtà finanzjarja, il-kwalità toffri protezzjoni minn ħsara u bżonn ta’ tiswija.

    Il-Valutazzjoni tkopri 8.8 miljun ispezzjoni ġenerali

    Għal dan ir-rapport, l-aktar rivista awtomobilistka popolari fil-Ġermanja Auto Bild u TÜV qiesu r-riżultati ta’ ‘l fuq minn 8.8 miljun inspezzjoni bejn Lulju 2017 u Ġunju 2018. Il-karozzi ġew imqassma skont l-età u l-kategorija tagħhom bħal: vetturi kompatti, sportivi, vannijiet u SUVs, inkella limousines ta’ lussu, ta’ valur baxx inkella mudelli aktar għoljin; kif ukoll skont il-magni tagħhom: petrol jew diesel, hybrid jew bil-batterija.

    Ir-rapport ta’ TÜV jiddistingwi bejn vetturi ta’ tnejn sa tlitt snin, erba’ sa ħames snin, sitta sa seba’ snin, tmienja sa disa’ snin, u għaxra sa ħdax-il sena. Il-karozza li wriet l-inqas difetti fil-faxex kollha, ġiet dikjarata rebbieħa fil-kategorija tagħha; filwaqt li l-għaxar mudelli bl-inqas problemi fil-kategoriji kollha ddaħħlu fil-klassifika ġenerali. B’hekk Auto Bild irnexxielha tara liema karozzi huma l-aktar affidabbli għall-2019.

    Maħruġa fis-Sajf tal-2018, il-Hyundai i20 l-ġdida kkonvinċiet mhux biss billi ġabet l-aħjar riżultat fil-kategorija, iżda anke għaliex il-magni tagħha huma diġà kompatibbli mal-aktar standards riċenti tal-emissjonijiet Euro 6d Temp. Għalhekk il-Hyundai i20 mhux biss tikklassifika l-ewwel fit-teknoloġija ekoloġika tagħha iżda wkoll f’fatturi importanti oħra bħal kumdità u sigurtà.

    Garanziji komprensivi jixhdu l-affidabilità u l-kwalità

    il-marka Hyundai tant temmen fil-kwalità tal-karozzi tagħha li toffri garanzija unika lill-klijenti tagħha. Il-Hyundai i20 ġdida tiġi b’ħames snin garanzija għal kilometraġġ bla limitu.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-Hyundai i20 u l-mudelli l-oħra minn Hyundai, tista’ żżur ix-showroom fi Triq il-Wied, Birkirkara, tidħol fis-sit Hyundai.com.mt jew fil-paġna Facebook Hyundai Malta.